Kritika Letterarja tal-Proża Flashcards
(28 cards)
Narratur Eterodijoġetiku/Ekstradijoġetiku
In-narratur qiegħed barra mir-rakkont; in-narratur qed jirrakkonta storja li mhix tiegħu, mhuwiex wieħed mill-karattri.
Narratur Intradijeġetiku
In-narratur huwa wieħed mill-karattri fil-ġrajja iżda mhuwiex il-protagonist.
Narratur Awtodijeġetiku
In-narratur qed jirrakkonta fl-ewwel persuna, u huwa l-karattru ewlieni tal-ġrajja.
Narratur Omnixxjenti
In-narratur li jaf kulma qed jiġri, mhux biss għax jiddeskrivi bir-reqqa l-azzjonijiet li qed jieħdu post, iżda jikxef il-ħsibijiet tal-karattri u jdaħħalna fil-psyche tagħhom.
Narratur Omnipreżenti
In-narratur li matul in-narazzjoni jinsab f’iżjed minn post wieħed fl-istess ħin.
Narratur li Jindaħal (Narratur Deffusi)
In-narratur li jindaħal fir-rakkont bl-opinjoni tiegħu stess, jidħol f’konverżazzjoni anke kważi mall-qarrej.
Narratur li ma Jindaħalx (Narratur Impersonali)
In-narratur jintrabat mal-funzjoni ewlieni tiegħu (li jirrakonta) u l-preżenza tiegħu ma tantx tinħass tul ir-rakkont. Huwa narratur oġġettiv.
Narratur Mikxuf
In-narratur jitqies preżenti fir-rakkont, u jkollu perspettiva dwar il-ġrajjiet u xaktarx anke ġudizzju defenittiv dwaru.
Il-Karattru Ċatt
Karattru sempliċi fil-binja tiegħu, mhux profond u allura hu prevedibbli.
Il-Karattru Tond
Karattru żviluppat u mhuwiex statiku; imprevedibbli. Huwa karattru kumpless magħmul minn taħlita ta’ elementi opposti.
Il-Karattru Storiku
Karattru li vera eżista.
Il-Karattru Kollettiv
Karattru rapreżentattiv ta’ kategorija sħiħa ta’ individwi, idea jew fenomena. Eżempju, ‘Ħal Rażul’ f’‘Ħelsien’.
Il-Karattru Abtronomu
Karattru li ismu stess jikxef il-kwalitajiet tiegħu.
Il-Karattru Ewlieni (Protagonist)
Il-Karattru(i) li ddur miegħu r-rakkont, l-iktar li jisemmew.
Il-Karattri Sekondarji
Il-Karattri minuri li jissemmew matul is-silta, b’xi mod marbuta mal-protagonist.
Il-Karattri Periferjali
Karattri li jissemmew sforz iċ-ċirkustanzi tal-kitba.
Proża Immaġinattiva
Proża li tinqeda b’xi kelmiet jew frażi li jqanqlu emozzjoni jew ikarkru xi tifsiriet moħbija.
Il-binja tas-sentenza hija aktarx ħielsa u kapaċi tinkludi sentenzi qosra jew anki sentenzi twal.
Kategorija Tematika
Tista’ tkun:
Storika,
Filosofika,
Soċjali,
Psikoloġika,
Politika,
Reliġjuża,
Soċjopsikoloġika,
Soċjorealista,
Soċjostorika,
Soċjoreliġjuża
L-Għan tal-Proża
Tista’ tkun:
Didattiku,
Espressiva,
Provokattiva,
Ideazzjonali
L-Istil ta’ Kitba
Tista’ tkun:
Narrattiv,
Deskrittiv,
Argumentattiv,
Espożitorju,
Riflessiv
Il-vokabularju/Lessiku
Jista’ Jkun:
(a) Kliem Semitiku - Ġej mill-Għarbi
(b) Kliem Rumanz - Ġej mit-Taljan
(ċ) Kliem Ingliż - Ħafna drabi użat f’siltiet moderni.
Reġistru ta’ Kliem
Kliem marbut ma’ qasam partikolari, jgħin biex tissaħħaħ it-temiet ewlenin tas-silta.
Eż. Reġistru ta’ kliem marbut mal-botaniku, gwerra, sptar, anatomija …. etċ.
Lingwaġġ Sensorju
Lingwa użata b’appell tal-ħars, tas-smigħ (udittiv), tax-xamm, tal-ħass, tat-togħma. Jgħin biex il-qarrej iħossu parti mill-kitba.
Sentenzi Twal
Is-sentenzi huma parti mill-istruttura sintattika.
Sentenzi twal jistgħu jkunu kumplessi jew komposti.
Ħafna drabi, l-użu ta’ sentenzi twal jgħin biex tissaħħaħ id-deskrizzjoni.